top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Sfidi għal persuni nieqsa mis-smigħ

  • manuelschembri
  • Nov 7
  • 3 min read

F’dawn il-ġranet fil-Parlament tkellimna dwar il-lingwa tas-sinjali għal persuni nieqsa mis-smigħ, u fuq il-ħtieġa li jkun hemm interpreti li jkunu kwalifikati bil-warrants biex hekk jintlaħaq livell ta’ professjonalità.


Studenta nieqsa mis-smigh
Credit: Shutterstock.com

Fid-diskors tiegħi tkellimnt li l-lingwa tas-sinjali ilha tkun mgħallem f’pajjiżna lura minn 1950. Fl-2016 ġiet approvata bħala lingwa uffiċċjali, flimkien mal-Malti u l-Ingliż.


Imma għalkemm matul dawn is-snin saru diversi passi ’l quddiem, imma bejn id-diversi liġijiet u dokumenti uffiċċjali u bejn ir-rejaltà li dawn il-persuni jħabbtu wiċċhom fil-ħajja ta’ kuljum, hemm differenza.


Bħal oqsma soċjali oħra, bejn dak li hemm fuq il-karti u l-isfidi ta’ kuljum ta’ dawn il-persuni, hemm diversi barrieri li huma jridu jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.


Għaldaqstant, sakemm ma nifhmux u napprezzaw dawn l-isfidi tagħhom u nidħlu fiż-‘żarbun tagħhom’, ikun ta’ xejn li ngħaddu liġijiet.


Dawk li ma għandhomx din il-vulnerabiltà, hemm bżonn li jifhmu li dawn il-persuni jgħixu f’silenzju kontinwu. Is-silenzju li huma jgħixu fih huwa silenzju li joffri stat ta’ vulnerabbiltà u nuqqas ta’ komunikazzjoni ma’ l-oħrajn.


Bħala bnedmin, aħna lkoll maħluqa biex nikkomunikaw bejnietna u li nidħlu f’komunikazzjoni ma’ oħrajn ħalli naqsmu l-emożżjonijiet, opinjonijiet, l-weġgħat u l-ferħ ta’ ħajjitna. Dan ifisser li dawn il-persuni nieqsa mis-smigħ għandhom sfida kbira ta’ komunikazzjoni.


Sfida ta’ komunikazzjoni


Għaldaqstant, il-lingwa tas-sinjali hija l-mod kif jistgħu jikkomunikaw. Dan ifisser li fejn ma hemmx dan l-għarfien ta’ din il-lingwa jew inkella nuqqas ta’ serviżż ta’ interpretu ta’ din il-lingwa, allura hemm diffikultà kbira, hemm silenzju, hemm frustrazzjoni.


Bħala kelliem għal ħarsien tat-tfal nisħaq kemm huwa ta’ importanza li dawk it-tfal li huma nieqsa mis-smigħ (u għalkemm ma hawnx statistika uffiċjali, dawn mhumiex ħafna), kemm huwa mportanti li dawn it-tfal minn ċkunithom ikunu mgħallma din il-lingwa. Kemm huwa mportanti li jkun hemm persuni li jkunu ta’ interpreti li jgħinu lil dawn it-tfal jitgħallmu u jsegwu l-lezzjonijiet fl-iskejjel. Kif jistgħu dawn it-tfal jitgħallmu l-iskola, meta nafu li ma hemmx persuni u riżorsi biżżejjed biex jagħmlu dan? Dawn it-tfal qed ikollhom interpreti li jkunu LSEs għalihom? Kemm hemm taħriġ fost l-għalliema biex huma jkunu sensittivi għal dawn it-tfal? Għalkemm nifhem li l-għalliema tagħna llum għandhom diversi tfal bi sfidi u abbiltajiet differenti, imma jibqa’ l-fatt li l-għalliema jridu jkunu sensittivi għal dawn it-tfal.


Allura, l-mistoqsija tibqa’: ‘Kemm għandha tfal bin-nuqqas ta’ smigħ, u kemm minn dawn għandhom LSEs li huma wkoll interpreti tal-lingwa tas-sinjali? Jidher li għal Gvern Laburista li kapaċi jsib fondi għal kollox IMMA għal dawn it-tfal ma għandux!


Nifhmu li nuqqas ta’ edukazzjoni jwassal għal nuqqas ta’ impjiegi/karrieri tajbin u allura nuqqas ta’ kwalità tajba ta’ ħajja.


Dan in-nuqqas ta’ kommunikazzjoni joħroġ ukoll fuq livell ta’ Gvern u entitajiet pubbliċi. Sfortutament diversi konferenzi stampi li jkollna, kemm politiċi u kemm ukoll pubbliċi, ma jkunx hemm persuna li jagħmilha ta’ interpretu tal-lingwa tas-sinjali.


Għaldaqstant, kif jistgħu dawn il-persuni mhux biss jieħdu interess x’qed jiġri f’pajjiżna.


Tajjeb li jkollna wkoll messaġġi u tabelli li jgħinu lil dawn il-persuni jgħixu aħjar fil-komunità. Permezz ta’ dawn it-tabelli, dawn il-persuni jistgħu jifhmu aħjar u jagħmlu użu tajjeb minn diversi servizzi offruti fil-komunità. Hawnhekk ma nistax ma ngħidx prosit lil Kunsill ta’ Ħaż-Żabbar fejn dan l-aħħar il-kunsill waħħal tabelli f’diversi positijiet pubbliċi li jgħinu lil dawn il-persuni. Huwa eżempju għal kunsilli oħrajn.


Sfida fuq il-post tax-xogħol


Barra l-isfida tal-komunikazzjoni hemm ukoll l-isfida għal min irid jaħdem. L-esperjenza turina li wieħed isib diversi ħaddiema u anke min iħaddem li ma jafux kif iġibu ruħhom jew inkella ma jafux kif jikkomunikaw ma’ dawn il-persuni.


Hija sfida li tajjeb li dawk li jaħdmu fil-human resources jkollhom it-taħriġ neċessarju biex jaraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni lejn dawn il-persuni.


L-esperjenza turina li jekk dawn il-persuni jingħataw l-opportunità u taħriġ, huma kapaċi daqs ħaddieħor. Qiegħed ngħid dan għaliex l-esperjenza turina li persuni li huma differenti, għal diversi raġunijiet ibatu minn nuqqas ta’ stima lejn infushom.


Għalkemm l-istrateġija għal persuni diżabli ta’ 2021-2030 titkellem fuq id-dinjità ta’ dawn il-persuni – irridu naħdmu aktar biex ngħinu lil dawn il-persuni jkollhom self-esteem b’saħħtu u reżiljenti.

Konklusjoni


Biex dawn il-persuni jelgħbu l-isfida ta’ nuqqas ta’ smigħ hemm bżonn li jkun hemm:


  • il-ħtieġa tal-komunikazzjoni;

  • bżonn tal-edukazzjoni inklussiva;

  • aċċessibiltà għal informazzjoni;

  • ħidma biex ma jkunx hemm esklużjoni soċjali.


Filwaqt li nsellem lil persuni kollha nieqsa mis-smigħ, insellem ukoll lil dawk li jagħmluha ta’ interpreti.


J’alla aħna lkoll kemm aħna nifhmu li l-progress vera ta’ pajjiżna ma jitkejilx biss mill-GDP, imma min kemm naħdmu biex nagħmlu lis-soċjetà tagħna aktar umana, aktar ġusta u inklussiva.


B’hekk biss, ħadd ma jħossu barrani f’daru stess!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta in-Nazzjon – 5 ta' Novembru, 2025)

BACK
bottom of page