top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Skart kullimkien

  • manuelschembri
  • Jun 26, 2023
  • 3 min read

Il-green wardens għanhom ikunu fil-lokalitajiet b’mod regolari biex jaraw li ma jkunx hemm abbużi.


Credit: Shutterstock.com

Għalkemm bħala Deputat f’10 Distrett ninsab obbligat li niġbet l-attenzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-problema tal-iskart mitluq fit-toroq tagħna ġewwa San Ġiljan, Paceville, Tas-Sliema u l-Gżira, żgur li din hija problema ma’ Malta kollha. It-toroq tagħna saru kollha maħmuġa u mimlija boroż tal-iskart.


Din hija problema serja mhux biss ta’ saħħa pubblika, imma anke tbaxxi l-livell tal-ħajja tar-residenti tagħna. Matul dawn ix-xhur li ġejjin tas-sajf, din il-problema ser tkompli tikber. Għaldaqstant ma nistgħux nibqgħu ndaħħlu rasna fir-ramel u ngħidu li ma hawnx problema!


Għalkemm fuq il-karta u wara l-iskrivanija tal-Ministru, il-problema tal-ġbir tal-iskart ġiet solvuta, dan huwa eżempju ieħor klassiku ta’ paper excecise, jiġifieri li fuq il-karta tidher li m’hemmx problema, filwaqt li fil-prattika hemm realtà oħra.


Ħa nitkellem fuq il-lokalità li jiena nippreżenta. Fil-lokalitajiet tagħna, l-iskart jinħareġ minn tlett sorsi, li huma: ir-residenti, ir-ristoranti/bars, u mill-appartamenti li jinkrew short lets.


Residenti


Għalkemm il-maġġoranza tar-residenti tagħna joħorġu l-iskart skont l-iskeda, jidher li baqa’ numru żgħir ta’ residenti irresponsabbli li joħorġu l-iskart barra mill-ħinijiet. Dawn jinsew li barra fit-triq hija darhom ukoll!


Resturants/Bars


Skont l-liġi dawn suppost mhux biss għandhom garbage room ġewwa, imma li dawn għandhom ikollhom kuntrattur privat li jiġbrilhom l-iskart tagħhom.


Għalkemm meta staqsejt lil Ministru jekk l-enforcement tal-MTA mhix qiegħda tiċċejka dan, u l-Ministru weġibni li iva, nixtieq niġbet l-attenzjoni tiegħu li l-uffiċjali tal-enforcement tal-MTA mhux il-kuntratt mal-kuntrattur jridu jitolbu li jaraw, imma l-irċevuti tal-ħlas! Għaliex?


Għaliex filwaqt li l-kuntratt mal-kuntrattur huwa obbligat li jkollhom, biex tinħareġ il-liċenzja tal-istabbiliment, imma l-MTA trid tiċċejka jekk dan il-kuntratt hux qiegħed jaħdem jew le! X’jiswa li wieħed ikollu kuntratt tal-ġbir tal-iskart biex imbagħad ma juzahx? L-irċevuti huma sinjal vera li dan il-kuntratt qiegħed jaħdem!


L-esperjenza turina li biex is-sidien jiffrankaw li jħallsu lill-kuntrattur, diversi jitfgħu l-iskart barra biex forsi jinġabar mill-kuntrattur tal-Kunsill/Reġjun. Minn naħa l-oħra, dan il-kuntrattur tal-Kunsill/Reġjun ma jiġbrux għaliex mhux biss ikun barra mill-ġurnata tal-iskeda imma huwa ma jitħallasx għal dan il-ġbir!

Hija ħasra li xi sidien ma jifhmux li huwa fl-interess tagħhom li jkollhom l-ambjent ta’ madwarhom nadif!


Short lets


Dawn saru l-akbar problema ta’ uġigħ ta’ ras mhux biss minħabba l-istorbju u l-imġiba ta’ diversi żgħażagħ li jikru dawn l-appartmenti, imma għaliex huma l-aktar li jħammġu. Fil-fatt, wieħed ikun jaf liema appartmenti qegħdin jinkrew short lets mill-ħruġ kontinwu tal-iskart! Mhux hekk biss. Meta jiġu l-cleaners (il-Ħadd) jispiċċaw jitfgħu kollox b’borża sewda barra fit-triq flok joħduhom magħhom.

Is-sistema ‘one size fits all’ ma taħdimx.


Hemm bżonn nifhmu li għalkemm Malta hija pajjiż żgħir, imma r-realtajiet/sfidi u l-bżonnijiet ta’ kull lokalità huma differenti minn xulxin. Pereżempju: Ħal Safi, l-Imqabba u l-Qrendi ma jistgħux ikun imqabbla ma’ San Ġiljan, Tas-Sliema, Gżira. Dawn huma lokalitajiet differenti bi sfidi totalment differenti. Għaldaqstant, irridu nifhmu li f’lokalitajiet kummerċjali u turistici hemm bżonn li jkun hemm approċċ differenti li jwassal għal aktar indafa pubblika.


Għalkemm il-Cleansing Department qegħdin jippruvaw ilaħħqu u jagħmlu extra collections, dawn ma jistgħux jagħmlu l-mirkali. Għaldaqstant hemm bżonn li jkun hemm sistema ta’ ġbir addizzjonali ma’ dik tal-iskeda preżenti. Hekk isir barra minn Malta, u allura għaliex ma jistax ikun hekk hawn ukoll? F’lokalitajiet b’tant attività kummerċjali/turistika hemm bżonn li jkun hemm skeda differenti li tagħmel tajjeb għall-isfidi li toffri l-lokalità.


Minn naħa l-oħra, jekk is-short lets huma problema ta’ ħruġ ta’ skart, x’qegħdin nistennew biex nemendaw il-liġi biex b’hekk is-sidien u l-amministraturi jkunu aktar responsabbli? Wasal iż-żmien li kif ir-ristoranti u l-commercial outlets suppost għandhom il-kuntrattur tagħhom biex jiġbrilhom l-iskart, dawn wkoll ikunu responsabbli?


Wasal iż-żmien ukoll li l-Awtorità tal-Ippjanar, meta toħrog permessi ghal blokok ta’ appartamenti, titlob li jkun hemm garbage room fil-binja? Tista’ blokka ta’ 24 appartmenti jispiċċaw jinħarġu 24 borza fuq il-bankina?


Wasal iż-żmien li jkun hemm il-green wardens. Din hija wegħda oħra bhalma hija l-wegħda tal-iskwadra speċjali tal-puliżija għal Paceville. Meta ser jidħlu fis-seħħ dawn iż-żewġ wegħdiet? Il-green wardens għandhom ikunu fil-lokalitajiet b’mod regolari biex jaraw li ma jkunx hemm abbużi. Hija ironika li l-kunsilli jridu jħallsu lil LESA biex jagħmlu dan u biex tkompli taqta’ qalb il-kunsilli, kull multa li tinħareġ tmur għand il-LESA!


Il-problema tal-iskart mhix biss problema għal residenti tagħna imma anke għal persuni b’diżabiltà, anzjani u oħrajn bit-trabi. Barra minn hekk, irridu naraw xi ħsara qegħdin nagħmlu lit-turiżmu. L-ebda turist li jiġi joqgħod f’lukanda 5 star ma jrid jispiċċa jimxi fost boroż tal-iskart. Dan huwa ilment li sar kemm id-darba mill-MHRA.


Ir-residenti kollha tagħna u t-turisti li jiġu fostna ħaqqhom aħjar!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 25 ta' Ġunju, 2023)

BACK
bottom of page