top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Platti jċekċku

Platti jċekċku

Dan l-aħħar il-Papa Ljun XIV mexa fuq il-passi tal-Papa Franġisku u żar Lampedusa. Ritratt ta' Miguela Xuereb Lampedusa hija gżira iżgħar minn Malta u, għalkemm viċin tagħna, hija parti mill-Istat Taljan. Diversi drabi, din il-gżira tispiċċa tilqa’ diversi refuġjati li jaslu hemm bil-baħar. Sfortunatament, diversi minnhom, fosthom tfal u nisa, jispiċċaw mgħarrqa! Il-baħar Mediterran bħal donnu sar ċimiterju. Il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV kien wieħed ċar: sejħa biex l-Ewropa tilqa’ b’dinjità...

09/07/26

The elephant both parties ignored

The elephant both parties ignored

The normalisation of corruption is Malta’s most dangerous political legacy, writes Albert Buttigieg. By ignoring corruption, the PN played into Labour’s narrative.

30/06/26

Għall-kapitlu li jmiss

Għall-kapitlu li jmiss

Filwaqt li nifraħ lil dawk li ġew eletti bħala Membri tal-Parlament, ġentilment nagħraf li b’dan ir-riżultat issa ser inkun qiegħed nagħlaq il-kapitlu politiku tiegħi b’sens ta’ serenità kbira. Ritratt ta' Erika Lanzafame Kull bidu fih it-tmiem F’ħajti kelli diversi kapitli – saċerdot/patri Kappuċin, għalliem, maniġer, kap eżekuttiv, viċi sindku, sindku, deputat. Kull kapitlu kellu s-sabiħ u l-isfidi tiegħu. Matul dan il-kapitlu politiku dejjem għamilt ħilti biex inkun leħen għall-ġid komuni...

30/06/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Skont Roderick

  • Jun 8, 2024
  • 3 min read

Għalkemm il-Partit Laburista jipprova jagħti l-impressjoni li x-xemx fil-housing telgħet wara l-2013 jew inkella meta l-Ministru Galdes laħaq Ministru, sejjer żballjat bil-kbir.


Credit: Shutterstock

Skont Roderick Galdes, il-Ministru għal Akkomodazzjoni Soċjali, il-Partit Nazzjonalista m’għamel xejn dwar il-housing matul is-snin li kien fit-tmexxija tal-pajjiż.


Qabel ma nikteb li dan mhuwiex minnu, tajjeb li nifhmu li meta wieħed jitkellem fuq il-housing, wieħed irid jifhem li dan huwa settur li jiżviluppa maż-żmien u ma’ l-esiġenzi/sfidi taż-żminijiet. Ir-realtà tal-housing tas-snin 70/80 mhiex l-istess bħal m’hija dik ta’ llum.


Imma għalkemm hemm id-differenzi, wieħed japprezza li l-ħidma ta’ llum hija grazzi għal ħidmiet li kienu seħħew qabel.


Dan qed ngħidu għaliex xi drabi l-Ministru jagħti l-impressjoni li x-xemx fil-housing telgħet fl-2013! Anzi, xi drabi jagħti wkoll l-impressjoni li x-xemx telgħet meta sar Ministru hu u l-Ministri Laburisti ta’ qablu m’għamlu xejn!


Din mhiex narrattiva ġusta u lanqas korretta, u ngħid għaliex.


Barra li matul it-tmexxija Nazzjonalisti kien hemm lista sħiħa ta’ skemi ta’ għajnuna, għotjiet ta’ art b’rata baxxa, xiri ta’ appartamenti, skemi ta’ tranġar u sussidji fuq il-kera, il-Ministru jħobb jakkuża lilna li ħallejna fl-2013 lista twila ta’ applikazzjonijiet. Hu jgħid ’l fuq minn 3,500 - 4,000 applikazzjoni. Dan mhu veru xejn! Dan huwa biss spin. Biex nuri dan il-qerq nagħmel referenza għal diversi rapporti annwali li wieħed ma jistax imerri, għaliex huma iswed fuq l-abjad!


Skont ir-rapport annwali tal-Awtorità maħruġ fl-2020, f’paġna 14: hemm li, fl-2012 kien hemm 2,439, filwaqt li fl-2013 kien hemm 2,910. Issa tajjeb li ngħid li f’din iċ-ċifra hemm inkluż l-exchanges (tpartit). Dan wieħed jista’ jarah fir-rapport annwali tal-Awtorità tal-2013 (jien kont CEO sa Ġunju biss ta’ dik is-sena) fejn dawn kienu inklużi fil-lista ta’ stennija.


Imma tajjeb li ngħid li mill-2013 mhux biss il-lista ta’ stennija baqgħet fl-istess livell imma saħansitra anke żdiedet. Ara t-tabella.


Għalkemm fl-2018 il-lista ta’ stennija kienet tlaħħaq 3,172, imma mbagħad jidher li mill-2018 ’l quddiem, sar b’bħal donnu miraklu għax din il-lista bdiet niżla! Skont ir-rapport annwali tal-Awtorità ta’ din is-sena, il-lista issa hija ta’ 1,576!


Mistoqsija: X’ġara? Nagħti xi ftit raġunijiet għal dan it-tnaqqis:


  1. Tneħħew dawk li kienu fuq il-lista tal-exchanges/tpartit. Skont l-PQ 16083 dawn kien 759. Issa l-Ministru jgħid li konna diġa neħħejnihom aħna. Skont ir-rapport annwali tal-2013, f’pġ.12, dawn kienu parti miċ-ċifra totali.

  2. Skema Kiri (nikru mill-privat u mbagħad nagħmlu sub-letting b’sussidju), li tant kienu kontra biex issa jfaħħruha, u issa semmewha Nikru Biex Nassistu. Skont PQ 11310 kien hemm 225, filwaqt li fir-rapport annwali ta’ din is-sena hemm 100 oħra. Dan ifisser li Skema Kiri/Nikru Biex Nassistu kien hemm 325 appartmenti.


Ejjew mela nagħmlu ftit matematika…


Jekk bħalissa il-waiting list hija ta’ 1,576 u wieħed iżid 759 tal-exchanges, u jżid ukoll 325 mill-iskema kiri, in-numru totali jkun 2,660. Dan ifisser li wara 11 ’l sena u wara tant pompa, għandna fl-istess baħar!


Il-Ministru jħobb ukoll jgħid li matul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ma kienx hemm bini ta’ housing estates. Din hija ħrafa u spin oħra. Għalkemm id-direzzjoni dak iż-żmien kienet li jkun hemm lis-skema kiri minħabba numru sew ta’ proprjetajiet privati vojta fis-suq, l-Awtorità kellha programm sħiħ ta’ bini. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Awtorità tal-2010, f’paġna 23.


L-istess irrid ngħid fuq maintenance tal-housing estates, l-faċċati u l-lifts. Skontu, il-Partit Nazzjonalista m’għamel xejn. Nistiednu jara’ r-rapport annwali tal-2010, paġna 20.


Għalkemm il-Partit Laburista jipprova jagħti l-impressjoni li x-xemx fil-housing telgħet wara l-2013 jew inkella meta l-Ministru Galdes laħaq Ministru, sejjer żballjat bil-kbir.


Fl-aħħarnett ma nistax ma nsemmix is-sentenza tal-Qorti maħruġa fuq il-kwistjoni tal-housing estate ġewwa s-Siġġiewi. Każ ta’ frodi oħra f’sensiela sħiħa ta’ frodi. Il-qorti kienet ċara u talbet lil pulizija tinvestiga dan il-frodi.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta in-Nazzjon – 5 ta' Ġunju, 2024)

BACK
bottom of page