top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2026 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Enabling the politics of bullying?

Enabling the politics of bullying?

US President Donald Trump is a bully who threatens world peace and global stability, and the world must stand up to him. Using Trump’s logic, Putin was justified in invading Ukraine. Credit: History in HD / Unsplash Acting like a bully in a schoolyard is something most of us can sadly recall from experience. When a bully is not challenged but excused or ignored, the abuse does not stop. On the contrary, the bully grows bolder, targets more people and pushes boundaries further. Regrettably, US...

25/01/26

The importance of peace builders

The importance of peace builders

We too often take our democratic stability, the rule of law, social justice and social cohesion, long considered pillars of lasting peace, for granted. Sadly, discourse on social media has grown increasingly harsh, normalising insults, resentment and misinformation. Credit: Shutterstock.com At the start of 2026, peace feels more urgent, and more fragile, than ever. From the devastating scenes in Ukraine to the genocide in Gaza, to conflicts in Sudan and numerous others that failed to make the...

15/01/26

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista f’San Ġiljan

Kemm San Ġiljan u kemm Paceville huma marbuta sew mat-turiżmu. Dan għaliex San Ġiljan u Paceville huma meqjusa mhux biss bħala l-mekka tad-divertiment għal diversi żgħażagħ lokali u turisti li jiġu fostna, imma wkoll għaliex din hija l-lokalità fejn hawn l-aktar ammont ta’ lukandi ta’ l-għola kwalità.

12/01/26

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Tagħlima mis-Slovakkja

  • manuelschembri
  • Mar 11, 2018
  • 3 min read

Pajjiżna sejjer lura minflok miexi passi 'l qudiem fid-demokrazija u jagħti eżempji lil pajjiżi oħra.



Is-Slovakkja hija membru tal-Komunità Ewropea. Is-Slovakkja daħlet tagħmel parti minn din il-Komunità fl-istess data meta Malta għażlet li tkun parti mill-Komunità. Fl-1 ta’ Mejju, iż-żewġ pajjiżi se jiċċelebraw il-15-il sena minn dan id-dħul. Il-mixja demokratika ta’ dan il-pajjiż xejn ma kienet faċli. Għalkemm il-pajjiż tagħna kellu wkoll id-diffikultajiet demokratiċi tiegħu, żgur li ma kellniex l-istess problemi. Is-Slovakkja, mhux biss għal diversi snin kienet tagħmel parti minn pajjiż ieħor, iċ-Ċekoslovakkja, imma dawn iż-żewġ pajjiżi kienu għal diversi snin taħt il-madmad tal-Komuniżmu.

Huma pajjiżi fejn id-demokrazija ma kinitx teżisti. Pajjiżi fejn il-libertà tal-espressjoni mhux biss kienet limitata, imma ma kienet tollerata bl-ebda mod. Kienu diversi dawk li spiċċaw maqtula jew spiċċaw f’qiegħ ta’ ħabs. Min jaf ftit storja, jaf sew kemm dan il-poplu bata. Tassew il-mixja demokratika kienet waħda, mhux biss tqila, imma wkoll imdemmija.

Eżempju ta’ kif titħaddem id-demokrazija

Forsi xi wħud jistaqsu għaliex qiegħed nitkeb fuq dan il-pajjiż.

Qiegħed nikteb fuq dan il-pajjiż għax dan l-aħħar dan il-pajjiż mhux biss għadda minn esperjenza orribbli simili bħalma għaddejna minnha aħna, imma wkoll għax mingħajr ma wieħed jaf, dan il-pajjiż tana eżempju qawwi ta’ kif titħaddem id-demokrazija!

Minn pajjiż eks-Komunista li għadu proprju fl-ewwel snin tal-mixja demokratika tiegħu, is-Slovakkja offriet eżempju lilna l-Maltin li ngħixu f’pajjiż fejn id-demokrazija ilha fostna għal diversi snin.

Kif forsi wieħed seta’ jsegwi, ġurnalist żagħżugħ ta’ 27, flimkien mal-partner tiegħu, ġew maqtula kiesaħ u biered. Kien ġurnalist investigattiv. Kien ġurnalist xewka f’dahar diversi politiċi. Kien ġurnalist li kixef

diversi skandli politiċi u stejjer ta’ korruzzjoni. Kien ġurnalist fl-istess keffa ta’ Daphne Caruana Galizia. U

bħal Daphne nqatel. Bħal Daphne ġie msikket.

M’iniex se nikteb fuq Daphne għax mhux il-punt ta’ dan l-artiklu. Il-punt tiegħi huwa li meta dan iż-żagħżugħ inqatel, il-Ministru tal-Kultura, ċertu Marek Madaric, li l-ġurnalist kixef li kellu rabtiet mal-Majfa Taljana, irriżenja! Mhux hekk biss. Żewġ uffiċjali li kienu mikxufa wkoll minn dan iż-żagħżugħ spiċċaw irriżenjaw ukoll! L-istorja ma tiqafx hawn! Il-President ta’ dan il-pajjiż, Andrej Kiska, sejjaħ biex ikun hemm mhux biss bidla fil-kabinett tal-Gvern, imma saħansitra jkun hemm elezzjoni ġenerali! U l-istorja tkompli meta l-Prosekutur Ġenerali tas- Slovakkja ddikjara li pajjiżu ‘mhux Malta jew ir-Russja fejn wieħed joqtol ġurnalist u ma jiġri xejn’!

Din hija tagħlima u ċanfira demokratika lilna. U f’Malta? F’Malta jibqa’ kollox kif inhu. Qisu ma ġara xejn! Iż-żewġ uffiċjali li nkixfu fuq diversi stejjer ta’ korruzzjoni, fosthom li kellhom kontijiet il-Panama, jibqgħu mwaħħla mas-siġġu tal-poter.

Il-Prim Ministru jibqa’ jitbissem quddiem il-kamera u jgħid li f’Malta hawn is-saltna tal-liġi u jiġi jaqa’ u

jqum mill-kritika li saret fil-Parlament Ewropew. Il-Prosekutur Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija

jibqgħu friski daqs ħassa u ma jieħdu l-ebda pass. Il-President ta’ Malta tibqa’ siekta. Mhux hekk biss.

Għaliex il-poplu semma’ leħnu u waqqaf mafkar spontanju, xi wħud qegħdin jaraw kif ineħħuh. U

għalkemm tressqu xi persuni l-Qorti akkużati li allegatament qatlu lil Daphne, il-poplu qiegħed

jistenna li jkun jaf min huwa wara dan il-qtil. U għaliex il-poplu jrid ikun jaf, il-loudspeakers Laburisti

qegħdin jippruvaw isikktu u jmewtu dawn l-ilħna u jagħtu l-impressjoni li kollox ward u żahar.

Dan mhuwiex minnu!

Nistgħu ngħidu li pajjiżna minflok miexi passi ’l quddiem fid-demokrazija u jagħti eżempji lil pajjiżi

oħra, sejjer lura. Hija t-tama li ma mmorrux u ma nispiċċawx f’pajjiż maħkum kif is-Slovakkja kienet

maħkuma.

U hu proprju f’dan il-mument perikoluż li jidħol irrwol tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista

għandu diġà esperjenza li ‘jillibera’ lil pajjiżna mill-ħakma Soċjalista. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-esperjenza li jiddefendi l-interessi tal-poplu. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-esperjenza li kien verament tarka u bastun tad-demokrazija. Jidher li din lesperjenza jrid jerġa’ jużaha! Qed iberraq!

Il-PN jista’ jkun tarka ta’ pajjiżna

Imma biex verament il-Partit Nazzjonalista jista’ jkun tarka ta’ pajjiżna, l-ewwel għandu bżonn li

jissaħħaħ. Kulħadd jaf li l-Partit għadda u forsi għadu għaddej minn żminijiet diffiċli fuq diversi livelli.

Huwa proprju f’dan il-mument ta’ prova li hemm bżonn li ninsew id-differenzi li jista’ jkollna u niftakru

li l-Partit Nazzjonalista, bid-difetti kollha tiegħu, huwa biss jista’ jkun il-vuċi tar-raġuni. Għalkemm il-partiti

iżgħar minna għandhom rwol importanti wkoll, jibqa’ l-fatt li l-Partit Nazzjonalista huwa l-akbar forza

politika li tista’ tieqaf lill-Partit Laburista.

Adrian Delia u diversi oħra qegħdin jagħmlu ħilithom biex dan iseħħ. Imiss lilna biex nagħtu sehemna.

Għalkemm wieħed jista’ jkollu fehma differenti, dawn id-differenzi ta’ ħsieb ma għandhomx ikunu punt

li jifridna, imma għandhom jgħinuna nifhmu li dawnid-differenzi jistgħu jagħtuna stampa akbar u wiesgħa ta’ dak li nemmnu fih. Filwaqt li ma għandniex nibżgħu mill-kritika sinċiera, u filwaqt li mhux kull min jikkritika huwa traditur imma huwa persuna li trid il-ġid lill-istess partit, hemm bżonn li ningħaqdu aktar bejnietna. Fl-għaqda hemm is-saħħa.

U hija din is-saħħa li għandna bżonn biex niddefendu lil pajjiżna. Pajjiżna għandu bżonn Oppożizzjoni serja u b’saħħitha. Jekk nixtiequ nibqgħu ngħixu f’soċjetà libera u demokratika mhux biżżejjed li jkollna l-progress u l-flus fil-but. Mingħajr il-libertà u d-demokrazija, ma aħna xejn.

Staqsu lill-poplu Slovakk li minnu qegħdin nieħdu tagħlima kbira!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 11 ta' Marzu, 2018)

BACK
bottom of page