top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Are we now a neurotic nation?

Are we now a neurotic nation?

While the Labour government frequently highlights our resilient economy, many people are left wondering: at what cost? People are constantly on edge and ready to flare up. Credit: Shutterstock.com Although Malta is thriving economically, a closer look reveals growing signs of social strain, signs that are not only becoming increasingly visible but are also leaving lasting marks on the daily lives of many. It seems that more people are constantly on edge, irritable and ready to flare up at the...

16/12/25

It-tfal kollha kollha tagħna!

It-tfal kollha kollha tagħna!

Il-kelma ‘inklużjoni’ tikxef mentalità fejn KULĦADD huwa ugwali. Din l-ugwaljanza ġejja mill-prinċipju fundamentali li lkoll kemm għandna l-istess dinjità umana. Issa, din id-dinjità ma tiddependix mill-abilitajiet differenti li wieħed jista’ jkollu. Credit: Rawpixel / envato.com Id-dinjità umana hija l-essenza ta’ dak li jagħmilna bnedmin. Dan huwa valur intrinsiku. Jista’ ma jkollix idejn, ma nismax, ma narax IMMA xorta jiena persuna umana daqs ħaddiehor li għandu idejn, jisma’ u jara....

06/12/25

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Il-fond ta’ investiment għat-tfal: Proposta għaqlija

Dan l-aħħar il-Partit Nazzjonalista nieda proposta li jkun hemm fond għal kull wild ġdid li jitwieled. B’hekk kull wild, irripettivament mill-familja tiegħu. Jibda’ l-ħajja bl-istess opportunità.

25/11/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Xamma ta’ ħadma?

  • manuelschembri
  • Aug 26
  • 5 min read

Dan l-aħħar il-Gvern ta’ Robert Abela ħareġ skema ġdida ta’ housing għal dawk li jridu jixtru l-ewwel dar.


Nuqqas ta’ kwalità ta’ ħajja
Photo: Shutterstock.com

Ilkoll nafu li din saret problema għal diversi koppji żgħażagħ u għal oħrajn li jixtiequ li jkollhom fejn jgħixu. Għaldaqsant, tajjeb li l-Gvern qiegħed jipprova jindirizza din id-diffikultà.


F’din l-iskema l-ġdida, il-Gvern qiegħed jagħti l-art liż-żviluppaturi magħżula biex huma jibnu appartamenti. Din l-art kienet mogħtija lil Gvern mill-Knisja.


Il-Gvern ser jagħti din l-art pubblika liż-żviluppaturi billi jħallsu biss dak li jissejjaħ ‘ground rent’ (fuq kemm ġiet stmata l-art) u wara li jibni l-appartmenti, jista’ jbiegħ dawn l-appartamenti b’rata kummerċjali imma bil-kundizzjoni li jagħti sussidju ta’ 30% fuq il-prezz kummerċjali.


Nemmen li din l-iskema fiha ħafna proċessi li jitfgħu dell tqil. U ngħid għaliex.


L-ewwel argument


L-ewwelnett, tajjeb li wieħed jgħid li għalkemm dan il-Gvern jipprova jagħti l-impressjoni li huwa l-unika Gvern li qiegħed jagħti l-għajnuna lil koppji żgħażagħ jixtru l-ewwel propjetà tagħhom, din hija impressjoni qarrieqa.


Ix-xemx ma telgħetx fl-2013! Matul s-snin ta’ amministrazzjoni Nazzjonalista, kienet hemm diversi skemi ta’ għajnuna. Biżżejjed insemmi lis-skema HOS, fejn il-Gvern kien jagħti l-art b’xejn lill-koppji biex jibnu darhom fuqha. Fil-fatt, diversi terrace houses f’pajjiżna huma mibnija b’din l-iskema.


Skema oħra kienet fejn il-Gvern kien jibni numru ta’ maisonettes u appartamenti, u mbagħad ibiegħhom b’sussidju qawwi. Diversi huma dawk li xtraw darhom b’dan il-mod.


It-tieni argument


It-tieni osservazzjoni hi li b’din l-iskema, l-iżviluppatur ser ‘jiekol’ sew mis-sussidju li l-Gvern seta jagħti kieku bena huwa dawn l-appartamenti. Fil-fatt, l-iżviluppatur magħżul ser jagħmel profitt akbar milli kieku qiegħed jibni fil-privat!


Ilkoll nafu li llum il-ġurnata, hija l-art li tiswa aktar milli l-materjal biex wieħed jibni bih! Fil-fatt, huwa kalkolat li l-art fil-negożju privat tiswa l-iżviluppaturi madwar 60% mill-ispiża totali. Għaldaqstant, jekk f’din l-iskema liż-żviuppatur jrid jagħti 30% sussidju, ser jibqagħlu profitt sew għaliex l-art ġietlu b’xejn. Huwa vera li dan irid iħallas il-ground rent, imma nafu li l-ground rent ser tgħaddi fuq min jixtri l-appartament?


Ħa nagħti eżempju biex wieħed ikollu idea aktar ċara.


  • L-art/arja ta’ kull appartament tiswa madwar €140,000

  • Bini u finishings jiswew madwar €110,000

  • Permessi, taxxa, periti jiswew madwar €10,000

  • Għal żviluppatur li mhux f’din l-iskema kieku kull appartamenti jiswieh madwar €260,000

  • Il-preżż kummerċjali għal 2-bedrooms huwa madwar €320,000

  • Il-qliegħ għall-żviluppatur li mhux f’din l-iskema huwa ta’ madwar €60,000


Issa għal żvilappatur f’din l-iskema, fid-dawl li ma għandhux spiża ta’ xiri tal-art, kull appartamenti ser jiswieh €120,000. Meta huwa ser jbiegħ bil-prezz kummerċjali ta’ €320,000 u jagħti s-sussidju ta’ 30%, kull appartament jinbiegħ €224,000. Dan ifsser li ser jibqalu fil-but madwar €104,000?


Jidher li l-Gvern ser ikun ġeneruż ma’ dawn l-iżviluppaturi magħżula għal din l-iskema! Kieku l-Gvern bena huwa stess, kieku dan il-profitt kien jgħaddih f’sussidju akbar!


It-tielet argument


It-tielet osservazzjoni hija dwar l-izviuppaturi magħżula. Ma neħux bi kbira li għalkemm ħarġet l-expression of interest għal min irid jidħol f’din l-iskema, xi żviluppaturi huma diġa’ magħżulħa!


Iż-żmien mogħti biex wieħed jista’ japplika u jwassal id-diversi informazzjoni/data mitluba hija waħda qasira ħafna! Min jaħdem f’dan il-qasam jaf li biex wieħed jagħmel BOQs, studju, disinji u proposti jieħu ħafna ħin, aktar u aktar meta fis-sajf, diversi ħaddiema fl-uffiċċini jkunu bil-vaganzi!


Għaldaqstant, biex żviluppatur jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa, mhux xi ħaġa bi kbira li dawn ilhom mgħarfa b’dan u allura kellhom iċ-ċans jippreparaw ruħhom. Dan mhux biss qiegħed ngħidu jien imma kien hemm diversi oħrajn li stqarru dan, fosthom l-MDA!


Sfortunatament, il-Ministru Roderick Galdes quddiem din il-kritika/dubji spiċċa jmur fuq il-medja Laburista u jinfexx jitgħajjar, anke personalment. Meta wieħed jagħmel dan ifisser li jinsab daru mal-ħajt.


Mingħajr ma naqa’ baxx bħalu, nagħti risposta bil-fatti fuq numru ta’ kummenti li għadda. Fosthom kien hemm:


  1. Li l-waiting list tal-Awtorità tad-djar fi 2013 kienet l-akbar waħda fl-istorja tal-housing għaliex skontu kien hemm ’il fuq minn 3,500 fuq il-waiting list. Dan huwa skorret. Fil-fatt, f’paġna 12 tar-rapport annwali ta’ l-Awtorità tad-Djar wieħed isib li 2013 kien hemm 2,773. Issa, f’din il-lista kien hemm wkoll numru ta’ applikazzjonijiet ta’ exchange, jiġifieri li huma diġà għandhom post tal-Gvern imma jixtiequ jbiddlu minħabba li jinsabu fuq nett, l-post sar żgħir għal numru ta’ membri tal-familja jew jixtiequ jmorru fl-lokalità oħra. Għaldaqstant, din il-lista ma kenetx fake fejn ippruvajna nilgħabu bin-numri biex nuru lix-xemx telgħet magħna! Tajjeb li ngħid li skont l-istess rapport annwali tal-Awtorità f’paġna 12, fi 2016, il-waiting list kienet 3,044. Min-naħa l-oħra, fi 2017 skont l-istess rapport annwali f’paġna 11, kienet ta’ 2,597! Imma meta fi 2017 laħaq il-Ministru preżenti, sar bħal donnu ‘miraklu’ għaliex skont r-rapport annwali ta’ 2024, il-waiting list kienet ta’ 1,679! S’intendi hemm raġuni għal dan, fosthom:

    a. Tneħħew mill-lista dawk li kellhom talba għal exchange u tpoġġew f’lista għalihom.

    b. Numru ta’ applikanti neħħew minn fuq il-lista għaliex skont l-Awtorità ma baqgħux aktar eleġġibli.

    ċ. Minħabba li intużat l-iskema KIRI (issa, bl-isem Nikru biex nassistu).

    Hawnhekk nixtieq ngħid li meta l-Partit Laburista u l-Ministru kienu fl-Opożizzjoni u l-Awtorità kienet daħlet din l-iskema, fejn l-Awtorità tikri mingħand il-privat biex imbagħad b’sussidju qawwi ‘tikrih’ lill-applikanti tal-housing, il-Partit Laburita u l-Ministru stess kienu għamlu kruċjata kontra din l-iskema! Ma nafx x’ma qalux. Ma nafx kemm xewwxu kontrija.

    Issa, mhux biss saru favur tagħha imma saħansitra b’tant pompa jgħidu li din kienet waħda mir-raġunijiet li naqset il-waiting list! Araw x’ipokrezija politika! Fil-fatt, il-Ministru ħabbar li ser jkompli b’din l-iskema għaliex din diġà għenet 1,300 familja!

    Mela jekk wieħed jara waiting list ta’ 2024 (li kienet ta’ 1,679) u wieħed iżid 1,300 li benefikaw mill-iskema Kiri, il-lista tkun ta’ 2,979. Dan ifisser li wara 12 ’il sena fit-tmexxija u wara tant pompa tal-Gvern, il-lista tnaqqset grazzi għal skema li daħħal il-Gvern Nazzjonalista!

    Kieku ma kienx hemm din l-iskema, kieku l-waiting list kienet tkun ta’ 2,979, jiġifieri aktar milli kienet fi 2013 ta’ 2,773!! U jekk wieħed iżid dawk li huma exchange, il-waiting list tkun aktar minn hekk!!


  1. Il-Ministru qal li l-aħħar Gvern Nazzjonalista ma bena l-ebda appartamenti għal first-time-buyers jew għal social housing. Nistieden lill-Ministru jaqra ftit ir-rapporti annwali li jinsabu online. Dawn jinsabu online wara li kont ġbidt l-attenzjoni li dawn ma kienux… forsi biex jaħbu l-informazzjoni? Nistiednu wkoll jara l-legal notice 75 u legal notice 76. F’dawn il-legal notices hemm bejniethom 240 apartament li kienu mibnija mill-Awtorità u ngħataw għal bejgħ b’sussidju qawwi ta’ madwar 60%! Dawn kienu jinstabu f’diversi lokalitajiet, fosthom Buġibba, Burmarrad, Naxxar, Pembroke, Mtarfa, Qawra u Maraxlokk!!


Konklużjoni


Nemmen li għalkemm din l-iskema għandha għan li tgħin lil dawk li jixtiequ jixtru l-ewwel dar tagħhom, u tajjeb li l-Gvern qiegħed jipprova jindirizza din id-diffikultà, nistqarr li kien ikun ferm u ferm aktar għaqli u transparenti li minflok il-Gvern għamel skema kumplikata u li fiha diversi dellijiet u xamma ta’ possibbilment inganni, bena hu stess dawn l-appartamenti u biegħhom bil-prezz li jiġuh.

Kieku għamel dan, is-sussidju kien ikun ferm akbar!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 24 t' Awwissu, 2025)

BACK
bottom of page