
albertbuttigieg.com

English

Malti
© 2026 Albert Buttigieg. Id-drittijiet kollha riżervati.
Il-piena tal-mewt: ġustizzja jew vendetta?
Il-piena tal-mewt hija waħda mill-aktar kwistjonijiet kontroversjali fis-soċjetà. Il-mistoqsija fundamentali hija: jista’ l-Istat iġib lura l-ġustizzja billi jieħu ħajja umana oħra? Għandu l-Istat ibiddel il-ġustizzja f’vendetta?
14/10/26
When will Malta experience its own Bastille moment?
When reform is no longer enough, our political system must change, writes Albert Buttigieg. What it needs is a fundamental rethinking – and rewriting – of the entire system of government.
01/10/26
Proposti
Dawn huma l-proposti personali tiegħi, li bl-appoġġ tal-kollegi tiegħi, ser inkun nippromovi.


01
Twaqqif ta’ bord tal-estetika biex iħares u jevalwa l-proposti ta’ żvilupp.

02
Ħarsien taż-żoni u tal-widien ODZ kollha. Mingħajr ebda eċċezzjoni.

03
Is-Salvagwardja taż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana: L-eżenzjoni tal-inħawi ta’ San Ġiljan / Sliema titneħħa.

04
Protezzjoni tal-ġonna fid-djar.

05
Drittijiet solari: Ir-residenti għandhom dritt li jirċievu dawl tax-xemx fi djarhom.

06
Il-bankini jibqgħu aċċessibbli. Kunsilli Lokali jkollhom l-aħħar kelma fuq imwejjed, siġġijiet u pjattaformi ta’ barra.

07
Il-ħolqien ta’ parks tal-familja miftuħa, bħal Manoel Island.

08
L-infurzar tal-politika ta’ ‘appartament wieħed, garaxx wieħed’ u l-iżviluppi kollha jrid ikollhom kamra/żona għaż-żibel.

09
Identifikazzjoni ta’ art/mogħdija pubblika. Il-mogħdijiet pubbliċi għandhom ikunu protetti u aċċessibbli għal kulħadd.

10
Sussidju għat-twieqi ‘double-glazed’.
Jekk inkun fdat bil-vot tiegħek, beħsiebni nkun vuċi assertiva għall-ambjent, id-dar komuni tagħna.


