
albertbuttigieg.com

English

Malti
© 2026 Albert Buttigieg. Id-drittijiet kollha riżervati.
Diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema barranin
Il-proposta tal-Gvern Laburista li l-ħaddiema minn pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea jibdew iħallsu għat-trasport pubbliku, filwaqt li ċ-ċittadini Maltin jibqgħu jivvjaġġaw mingħajr ħlas, tqajjem mistoqsijiet fundamentali. Anki ċ-childcares saru b’xejn għal-Maltin biss.
30/10/26
Francis as a mentor?
As October ends, I find myself reflecting on St Francis of Assisi and the 800th anniversary of his death.
25/10/26
DIN HIJA L-VIŻJONI TIEGĦI. DAWN HUMA L-VALURI TIEGĦI
Għalfejn dħalt fil-politika? Mistoqsija li spiss niġi mistoqsi.
Għalija l-politika hija opportunità fejn nista’ nagħti s-servizz tiegħi lil komunità aktar wiesgħa. Hija opportunità li nkun għas-servizz għal ġid komuni! Nemmen bis-sħiħ li l-politika vera hija dik li hija għas-servizz tal-ġid komuni! Kull persuna li tidħol għal politika tagħmel dan biex toffri servizz u mhux biex tinqeda’ u tisserva bil-politika!
Il-politika mhiex dwari. Lanqas mhi dwarek. Il-politika hija dwarna. Pajjiżna jieħu r-ruħ meta nagħmlu l-politika ta’ flimkien, jiġifieri politika fejn il-kelma ‘aħna’ tiġi qabel il-kelma ‘jiena’. Għaldaqstant, għalija l-kelma ‘flimkien’ turi l-ħidma għal ġid komuni. Għal xi wħud, il-ġid komuni ma baqax ġid komuni. Il-ġid komuni huwa dak il-ġid li jmur lil hinn mill-intersssi tal-ftit waqt li tħares l-interessi tal-ħafna.
Għaldaqstant, nixtieq nagħmel politika li tħares l-interessi tal-ħafna u mhux tal-ftit billi nkun il-vuċi lil dawk il-valuri li ngħozz. Dawn huma:
-
Il-ħarsien tal-valur tal-ħajja. Għalija dan huwa prinċipju fundamentali. Kull ma għandna u kull ma aħna, huwa kollu frott tal-ħajja li għandna. Għaldaqsant, irridu nħarsu lejn il-ħajja bħala rigal. Il-ħajja hija valur mhux biss fil-ġuf imma anke barra l-ġuf! Dan ifisser li l-ħarsien tal-valur tal-ħajja huwa wieħed li jħares id-dinjità mhux biss tal-ħajja imma anke ta’ dak kollu li jagħmel il-ħajja sabiħa, jiġifieri l-annimali, l-ambjent, il-kultura, id-diversità, l-arti, il-mużika u tant ħwejjeġ oħra.
-
Il-ħarsien tal-ambjent tagħna. Ilkoll naqblu li l-ambjent jinsab taħt assedju ta’ dawk li ma għandhomx xabgħa. L-ebda lokalità mhi ħielsa minn dan il-bini sfrenat kollu. L-ambjent huwa d-dar komuni tagħna. Jekk mhux ser nieħdu ħsieb l-ambjent u nkomplu nagħmlu freġju minnu, allura ser inkunu mhux biss qed nagħmlu pajjjizna belt waħda imma ser ikollna diversi problemi ta’ saħħa mentali. L-istudju juri biċ-ċar li hemm rabta sħiħa bejn is-saħħa mentali u bini żejjed li ma jħallix spazji miftuħa! Għalhekk irridu neżeminaw sew il-policies eżistenti tal-kostruzzjoni u nieħdu bla biża dawk il-passi meħtieġa. Personalment nemmen li dawn i l-policies għandhom bżonn li jiġu reveduti u ssir masterplan nazzjonali fejn l-ambjent jingħata aktar importanza u ħarsien. Fix-xhur li ġejjin ser inkun qed nagħmel numru ta’ proposti biex jitħares l-ambjent.
-
Il-ħtieġa tal-inklużjoni. B’hekk ħadd ma jibqa’ lura, b’mod partikolari l-anzjani tagħna. Hemm bżonn aktar kura u servizz għalihom fil-komunitajiet tagħna. L-inklużjoni tfisser li ħadd – hu min huwa – ma għandu jħossu barranin f’daru stess. Ilkoll irridu ngħixu flimkien. Differenti iva, mifrudin le.
-
Il-bżonn tal-ġustizzja soċjali. Nemmen f’politika għal ħafna u mhux għal ftit. L-istudju juri biċ-ċar li d-distakk bejn il-fqir u s-sinjur qiegħed jikber. Issa hemm distakk iehor, bejn is-sinjur u ta’ dawk tal-qalba Laburista! Il-Gvern Laburista rrnexxilu joħloq klass soċjali ġdida! Il-politika vera hija dik li tqassam il-ġid ugwali lil kulħadd mingħajr ma tara wiċċ ta’ ħadd!
Fil-qosor nixtieq inkun vuċi mhux biss taċ-ċittadini tagħna imma vuċi għal ħajja, għal ambjent, għal ġustizzja soċjali u għal inklusjoni.
Din hija l-viżjoni tiegħi. Dawn huma l-valuri tiegħi.




